Sindki ta’ 15-il belt fl-UE jitolbu fondi għat-tibdil fil-klima

Reuters: Fabrizio Bensch

Bosta bliet Ewropej qegħdin jistaqsu lill-Unjoni Ewropea għal aċċess dirett għal fondi fil-baġit li jmiss sabiex l-UE tilħaq il-miri li jiġu newtralizzati emissjonijiet tal-CO2 sal-2050. Dan ħareġ illum minn ittra, skont Reuters.  

L-ittra inkoraġġiet lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jirrikonoxxu l-irwol kruċjali li għandhom fejn tidħol implimentazzjoni ta’ oġġettivi għal politika ekoloġika. Intqal li l-UE għandha talloka fondi biex jiġu żgurati riżultati sostenibbli f’dan ir-rigward.

Ħaddiema involuti fis-settur tal-enerġija mħaddma mill-faħam qed joħolqu pressjoni kbira, l-iktar f’pajjiżi ċentrali Ewropej bħall-Polonja u l-Ġermanja.

L-UE qed timmira li sal-2050 ma jibqax ikun hemm iktar emmissjonijiet tal-COmilli jistgħu jiġu assorbiti sabiex jiġi nnewtralizzat it-tibdil fil-klima.

Kif hemm imfassal bħalissa, l-UE ser talloka madwar €250 biljun biex tiġġieled it-tibdil fil-klima, billi tnaqqas l-emmissjonijiet tal-CO2 fl-industrija, fl-agrikoltura, fl-enerġija u t-trasport.