Simulator għall-Pulizija biex jifhmu lit-tfal vittmi tal-vjolenza domestika

Read in English.

Il-Korp tal-Pulizija inawgura simulator iffukat biex l-uffiċjali tal-Korp jifhmu aħjar ir-realtajiet tal-vittmi tal-vjolenza domestika.

L-istqarrija mingħand il-Pulizija spjegat li b’mod virtwali, il-pulizija se jkunu jistgħu jifhmu lit-tfal li jgħixu din ir-realtà. Dan is-simulator se jkun parti mit-taħriġ kontinwu li jingħataw il-pulizija dwar il-vjolenza domestika. Se jintuża wkoll fit-taħriġ tar-rekluti l-ġodda. 

Il-Ministru għall-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li s-simulator kien investiment ta’ €115,000 għall-Korp li jagħder iżjed il-vittma u jibqa’ sod ma’ min wettaq ir-reat. Huwa spjega kif dan l-investiment huwa marbut ma’ skwadra ġdida tal-pulizija li se tkun iffukata fuq il-vjolenza domestika, li se titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija,Angelo Gafà, li wkoll tkellem dwar ir-rieda tal-Korp tal-Pulizija li joffri servizz aħjar lil dawk li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.

Waqt l-istess konferenza fejn il-Ministru Camilleri tkellem fuq is-simulator, tkellem ukoll dwar il-proċess tat-tendering għall-pjan tal-Gvern li jospita lill-immigranti fuq dgħajjes ‘il barra mill-kosta Maltija. Huwa żvela wkoll li dan il-proċess għadu għaddej, u li dan minħabba li hemm appell minn kumpanija dwar l-istess proċess.

Il-Ministru Camilleri jiddiskuti kif kien hemm appell dwar il-proċess tat-tender
Dewmien fl-għoti tat-tender għad-dgħajsa għall-kwarantina tal-immigranti