Ritratti: Simpatiċi 20 sena wara

Waħda mis-sensiliet ta’ suċċess ta’ kull żmien bla dubju hija s-sensiela Simpatiċi. Tintwera kemm-il darba tintwera, din is-sensiela tibqa’ tattira numru kbir ta’ udjenzi. Tara kemm tara minnhom, dawn l-episodji qatt ma tixba tarahom. Bilkemm jitwemmen il-fatt li għaddew 21 sena minn mindu din is-senseila bdiet.

Araw id-differenza mar-ritratt ta’ hawn fuq ma’ dan ta’ taħt:

Il-cast u l-crew tas-sensiela Simaptiċi lbieraħ reġa’ ingħaqad imma milli jidher mhux jiffilmja xi episodji ġodda iżda bħala reunion u ma ddejqu xejn jinku lis-segwaċi billi jerġgħu jippużaw bl-istess mod kif ippużaw fir-ritratti promozzjonali matul is-snin.

Hekk kif ir-ritratti li bdew jittieħdu bdew jittellgħu fuq il-mezzi soċjali, mill-ewwel ħolqu reazzjoni mill-pubbliku.

“Sensiela li jgħaddi kemm jgħaddi żmien ma tmut qatt”, “X’memoriji”, “Kontu parti mit-tfulija tiegħi” u “O zmien ħelu” kienu parti mill-kummenti li bdew jittellgħu mill-pubbliku.

Fost ir-ritratti li qanqlu inetress kien hemm dak ta’ Walter ma’ Ruth. Niftakaruh lil Walter dejjem bil-glekk u l-ingravata.

Imma lbieraħ meta ppużaw għall-istess poża, Walter (Kevin Spiteri) donnu li ħallihom warajh.

U xi ngħidu għal dan ir-ritratt?

Għadda ż-żmien ukoll!

Is-sensiela Simpatiċi kienet ħarġet mill-pinna ta’ Lino Grech, bi produzzjon ta’ Herman Bonaci Productions. Matul is-snin inħadmu aktar minn 300 puntata, bl-aħħar staġun ikun dak li ntwera fuq TVM u li kien ifisser ukoll l-aħħar episodji li dehret fihom Maryrose Bonello li kienet tinterpreta lin-nanna Katrin.

Kien karattru li kien maħbub minn kulħadd, tant li kienet titqies bħala n-nanna tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Simpatiċi mhux biss kienet suċċessi fuq it-televiżjoni, iżda wkoll kienu ttellgħu diversi produzzjonijiet teatrali, li wkoll kienu attiraw udjenzi kbar fit-teatru.

Adriana Micallef u Brian Farrugia

Ilbieraħ fissret ukoll li l-ispettur Leonard (Brian Farrugia) jerġa’ jiltaqa’ ma’ bintu Denise.

Adriana li kienet taħdem il-parti kibret mhux ħażin issa hux?!

Simaptiċi fl-2020

Minn jaf jekk xi darba hux se nerġgħu naraw sitwazzjonijiet ġodda tal-familja Cassar?