Simon Schembri se jilħaq surġent

Il-pulizija tat-traffiku Simon Schembri li ġarrab ġrieħi gravi u għamel żmien fil-periklu li jitlef ħajtu meta ttajjar waqt il-qadi ta’ dmirijietu se jingħata l-promozzjoni għal grad ta’ Surġent tal-Pulizija.

L-aħbar ingħatat mill-Fondazzjoni Bluelight li tagħha Schembri huwa l-fundatur, fuq il-paġna facebook fejn tħabbar illi fil-21 ta’ Jannar 2019 il-Ministru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali Michael Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien se jonoraw lil fundatur bi promozzjoni għal grad ta’ Surġent tal-Pulizija.

Il-Bluelight qalet li Schembri, li ddistingwa ruhu b’mod impekkabbli tul il-karriera tieghu, huwa ezempju haj ta’ kemm karriera tista tkun glorjuza minghajr ma tilhaq fl-ghola gradi tad-Dipartiment li tkun tahdem fih.