Simon Busuttil jindirizza konferenza dwar id-dijabete fil-Kanada

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħalla Malta llum biex jindirizza konferenza dwar il-ġlieda kontra d-dijabete li se ssir f’Vancouver, il-Kanada.  
Il-Konferenza hija organizzata mill-Parliamentarians for Diabetes Global Network li ġġib flimkien membri parlamentari minn madwar id-dinja li huma attivi fil-ġlieda kontra d-dijabete.
Jakkumpanjaw lil Simon Busuttil, id-delegazzjoni Maltija tinkludi l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Clyde Puli u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia, li hu ċ-Chairperson tal-Working Group dwar id-Dijabete.
F’Vancouver il-Parlamentari se jiddiskutu kif jistgħu jsaħħu l-ġlieda kontra d-dijabete’ u kif il-pajjiżi madwar id-dinja jistgħu jikkoperaw aktar f’din il-ġlieda.
Bħala Viċi President ta’ dan in-network, Dr Busuttil se jkun wieħed mill-kelliema tal-Konferenza.