Simon Busuttil jiltaqa’ mal-MEP Malti l-ġdid

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil feraħ lil Francis Zammit Dimech, wara li lbieraħ ġie elett fl-elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Therese Comodini Cachia li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-elezzjoni ġenerali tax-xahar li għadda.
Hu rringrazzjah ukoll għall-ħidma tiegħu fil-Parlament Malti fis-snin li għaddew. 
Preżenti kien hemm ukoll il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa.