Simon Busuttil jagħmel stedina lill-President ta’ Malta

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil appella lill-President ta’ Malta George Vella biex jaġixxi fuq kliemu stess li “Malta hija akbar mill-klikka li ġabet dan l-għajb fuqha” u jkeċċi minnufih lill-Prim Ministru Joseph Muscat filwaqt li stiednu biex għall-għaqda nazzjonali, jagħti eżempju billi għada jżur il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia.

Vincent de Gaetano

Busuttil kien qed jagħmel referenza għall-intervista li l-Prim Imħallef Emeritu Vincent de Gaetano għamel mal-ġurnal The Sunday Times fejn saħaq li l-poteri tal-President ta’ Malta neċessarjament implikaw id-dover li jneħħi l-Prim Ministru jew xi ministru mill-pożizzjoni tiegħu jekk din ma tibqax iktar tenibbli. Barraminhekk, il-President għandu l-awtorità u d-dover morali li jqum u jiċħad dak kollu li qed inaqqar il-moralità kostituzzjonali tal-pajjiż u jeqred l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

Fl-opinjoni tiegħu, Malta esperjenzat kriżi istituzzjonalizzata għax il-problemi affettwaw organi u pożizzjonijiet oħra bħall-pulizija, partiti politiċi u entitajiet publiċi oħra.

Fuq ir-responsabilità politika, de Gaetano qal li meta wieħed ikun fil-poter ifisser li jrid jaħdem għall-ġid komuni u mhux għall-profitti personali. “Għalhekk meta politiku jagħmel żball fil-ġudizzju tiegħu li jimpatta fuq il-ġid komuni u l-imġieba morali mistennija minnu għandu jirriżenja,” stqarr il-Prim Imħallef irtirat.

Mr President, you were right to call them a gang because that’s exactly what they are. But it’s not enough. Your DUTY is…

Posted by Simon Busuttil on Sunday, December 15, 2019