Simon Busuttil iżur l-istudenti l-MCAST u l-Junior College

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-MCAST hu rigal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għadda lill-istudenti Maltin u Għawdxin.
Huwa qal dan waqt żjara li għamel fl-MCAST f’Raħal Ġdid u sostna li permezz ta’ din l-istituzzjoni edukattiva, għexieren ta’ eluf ta’ żgħażagħ sabu posthom fid-dinja tax-xogħol.
Matul din iż-żjara Simon Busuttil iltaqa’ mal-istudenti li qed jattendu dan il-kulleġġ u awgura lill-istudenti kollha sena skolastika mill-aqwa.
Huwa faħħar għalliema li mhux biss qed jgħallmu fl-MCAST iżda qed jikkolaboraw ma’ min iħaddem biex l-istudenti jingħataw l-ewwel esperjenza ta’ xogħol fis-settur li huma qed jispeċjaliżżaw fih.
Simon Busuttil żar ukoll il-Freshers' Week tal-Junior College.