“Simon Busuttil irid jiddeċiedi fuq il-każ Mario de Marco”

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiddeċiedi fuq il-każ ta’ Mario de Marco u mhux jitkellem mod u jagħmel mod ieħor.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Partit Laburista, il-Ministru saħaq li dan il-każ iqajjem xi osservazzjonijiet.
Fost l-oħrajn sostna li l-każ ta’ de Marco,“hu preskritt għaliex il-ħlasijiet suppost jitħallsu sa ħames snin wara”.
Saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni should walk the talk u mhux kull darba li jkun hemm xi ħaġa fuq deputati tiegħu jgħid li dan hu tfigħ ta’ tajn u gideb.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Lewis sfida lil Simon Busuttil biex jgħid x’se jagħmel dwar dan il-każ.
Reazzjoni Partit Nazzjonalista
B’reazzjoni l-PN saħaq li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jibgħat lill-Ministri tiegħu biex jindirizzaw konferenzi tal-aħbarijiet biex jgħidu li “l-Prim Ministru se jkun qed jiddeċiedi fil-jiem li ġejjin."
Il-PN tkellem ukoll dwar l-allegat każ ta’ Mario de Marco u qal li l-Ministru Edward Zammit Lewis ma qarax l-ispjegazzjoni fid-dettall li ta l-Viċi Kap tal-PN Mario De Marco, u li ġabet fix-xejn il-gidba tal-Partit Laburista.