“Simon Busuttil huwa l-ikbar theddida għall-edukazzjoni” – Evarist Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa l-ikbar theddida għall-edukazzjoni.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Evarist Bartolo spjega kif in-nefqa fl-edukazzjoni rrdoppjat bejn l-2012 u l-2016.
Bartolo qal li tul dawn l-erba’ snin ġew investiti maż-€2miljuni għal nofs miljun ktieb fl-iskejjel u fil-libreriji u €55 miljun f’bini ta’ skejjel ġodda u manutenzjoni fi skejjel oħra.
Semma wkoll kif il-Gvern żied in-nefqa fl-Università b’€22.6 miljun filwaqt li dik fl-Mcast żdiedet b’ €9 miljuni.
Fejn jidħlu l-iskejjel tal-Knisja, il-Ministru Bartolo qal li n-nefqa żdiedet b’€20 miljun.
Min-naħa tiegħu l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Alex Saliba saħaq li l-ikbar theddida għal li Simon Busuttil huwa maqtugħ mir-realtajiet tal-istudenti.
Dr Saliba qal ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien tkellem kontra li studenti jingħataw stipendju waqt li jirrepetu.  Saħaq li għal Simon Busuttil dawn l-istudenti ma kellhomx jingħataw ċans ieħor.
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista