‘Simon Busuttil hu mexxej Ewropew tal-futur’ – Kap tal-EPP

Il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, Joseph Daul, qal li Dr Simon Busuttil jista jmexxi lill-Partit Nazzjonalista lura fil-gvern ħames snin oħra.

Hu ddeskriva lil Busuttil bħala ‘mexxej Ewropew tal-futur.’

Fl-istess waqt, irringrazzja lill-ex Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, u qal li r-riżultati miksuba minn Malta fosthom il-previżjonijiet għat-tkabbir ekonomiku, huwa frott il-ħidma tal-gvern ta’ Dr Gonzi.