“Simon Busuttil ħassu skomdu jiltaqa’ mal-Ambaxxatur Ċiniż” – PL

Il-Partit Laburista sostna li l-Partit Nazzjonalista m’għandux pjan dwar l-Ene Malta.

Fi stqarrija ntqal li Simon Busuttil ħassu skomdu jiltaqa’ mal-Ambaxxatur Ċiniż u jirrepeti f’wiċċu dak li qal pubblikament kontra ċ-Ċina u l-ftehim li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel biex kumpanija fost l-ikbar fid-dinja tixtri sehem fl-Enemalta.

Intqal li Simon Busuttil se jirriserva l-ġudizzju tiegħu fuq il-ftehim maċ-Ċina għal meta jiġi konkluż il-ftehim, bil-Partit Laburista qal li Busuttil ma qalx lill-Ambaxxatur Ċiniż li ma jridx li l-iswiċċ tal-elettriku jkun f’subgħajn iċ-Ċiniżi.