Simon Busuttil fi Brussell għal summit tal-PPE

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum attenda għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell, li fost l-oħrajn iddiskuta l-aħħar żviluppi dwar Brexit u d-deċiżjoni ta’ elezzjoni bikrija fir-Renju Unit.
Fi stqarrija, il-PN qal li waqt is-Summit, li kien l-ewwel wieħed wara li sar il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Malta x-xahar li għadda, kien hemm kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni.
Għas-Summit attendew ukoll, fost l-oħrajn, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-President tal-Partit Popolari Ewropew Joseph Daul, u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.