Simon Busuttil elett Viċi President tal-Forum Parlamentari għad-Dijabete

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum ġie elett Viċi President tal-Forum Parlamentari għad-Dijabete f’laqgħa tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete.

Din il-ħatra saret wara li nhar il-Ħadd Busuttil indirizza l-Global Forum of Parliamentary Champions for Diabetes fil-Parlament ta’ Victoria f’Melbourne, l-Awstralja. 

Dan il-forum jiġbor flimkien madwar 100 membru parlamentari minn madwar id-dinja bil-għan li jkun hemm ħidma akbar u aktar koordinata biex il-kundizzjoni tad-dijabete titpoġġa fuq nett tal-aġenda politika dinjija, inkluż dik Ewropea. 

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.