Simeone jħeġġeġ lil Griezmann biex jibqa’ ma’ Atletico Madrid

Meta kien intervistat fuq Bein Sports, il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone tkellem dwar il-futur tiegħu u dak tal-plejer Antoine Griezmann. El Cholo qal illi hu beħsiebu jibqa’ imexxi lil Colchoneros filwaqt illi qed iħajjar lill-attakkant Franċiż jagħmel l-istess sabiex ikompli jistabbilixxi ruħu.