“Simbolu ta’ għaqda nazzjonali” – Dr Joseph Muscat

F’messaġġ fuq Twitter, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal li d-delegazzjoni Maltija għall-quddiesa inawgurali ta’ Papa Franġisku fil-Vatikan nhar it-Tlieta li ġej, se tkun simbolu ta’ għaqda nazzjonali. Dan billi stieden biex jingħaqad miegħu u mal-mezzi tal-istampa bħala parti mid-delegazzjoni Maltija lil Dr Lawrence Gonzi. Id-delegazzjoni Maltija se tkun tinkludi wkoll lill-President tar-Repubblika Dr George Abela, li se jkun qed imexxi d-delegazzjoni.

Dr Muscat qal li hu grat għall-fatt li Dr Gonzi aċċetta l-istedina tiegħu.

Jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija għal din l-ewwel quddiesa ta’ Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru, il-Vatikan, se jkun l-Isqof Awżiljarju Mons Charles J. Scicluna.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.