Silvio Valletta ltaqa’ ma’ Fenech fl-2016; raw żewġ logħbiet flimkien

Read in English.

L-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta mar jara l-finali taċ-Champions League fi Kiev fil-Ukraina mas-suspettat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’Mejju 2018.

Ma’ Newsbook.com.mt, Valletta qal li huwa sar jaf lil Fenech fl-2016 waqt ikla li kien qed jattendi.

Fuq Facebook, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li huwa wkoll l-avukat tal-familja Caruana Galziia staqsa kif Valletta mar Kiev u jekk użax il-jet privat ta’ Yorgen Fenech. Azzopardi fakkar ukoll li sa dik il-ġurnata, il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali li kien immexxi minn Valletta, kienu jafu li Fenech kien persuna ta’ interess fl-investigazzjoni dwar l-assassinju.

Id-dettalji dwar din iż-żjara ma’ Fenech ġew ikkonfermati mit-Times of Malta t-Tlieta b’Valletta jikkonferma ma’ Newsbook.com.mt. Ħareġ li Valletta siefer ma’ Fenech biex jara l-logħba bejn Real Madrid u Liverpool f’Mejju 2018. Ma’ Newsbook.com.mt, Valletta qal li huwa ħallas personalment għat-titjiriet.

Il-Ħaddli għadda kien ġie rrappurtat li Valletta u Fenech siefru flimkien ukoll biex jaraw il-logħba f’Londra fid-29 ta’ Settembru 2018.

L-istorja sħiħa dwar ir-relazzjoni ta’ bejn Silvio Valletta u Yorgen Fenech tinsab hawn.