Silvio Parnis mhux se jikkontesta iktar?

Silvio-Parnis

Read in English.

Fir-reshuffle fil-Kaabinett li ġiet imħabbra s-Sibt filgħaxija mill-Prim Ministru Robert Abela, Silvio Parnis tilef il-portafoll tiegħu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva ra l-portafoll jiġi elevat għall-ministeru iżda Parnis ma baqax responsabbli minn dan il-ministeru.

Wara li tħabbret din ir-reshuffle, Parnis bagħat messaġġ lin-nies l-aktar qrib tiegħu bl-intenzjoni li mhux se jerġa’jikkontesta. Huwa ddiskriva lilu nnifsu bħala ‘kalm u seren’ minkejja li kellu diversi telefonati mal-Prim Ministru li matulhom ma ntleħaq l-ebda ftehim. Huwa saħaq li jinsab b’kuxjenza safja u wiegħed li se jgħin lil dawk l-aktar viċin tiegħu fix-xogħol tagħhom.

Parnis tneħħa wara li fil-ġimgħat li għaddew huwa qassam il-biċċiet tar-roly poly f’boroż tal-plastik fid-djar tal-anzjani. Dawn ir-roly polies kellhom fuqhom tabelli bil-kelma ‘Kuraġġ’. Huwa ġie kkritikat għal dan il-ġest li kien ikkunsidrat bħala eżerċizzju biex jiġbor il-voti.