Silvio Berlusconi jniedi mill-ġdid il-partit Forza Italia

Il-ex Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi, nieda mill-ġdid il-partit Forza Italia.

Waqt laqgħa tal-mexxejja, ittieħed vot sabiex l-isem tal-partit jinbidel minn dak ta’ Poplu tal-Liberta’ għal Forza Italia, kif kien għoxrin sena ilu meta tellgħu fil-poter.

L-aġent Prim Ministru Angelino Alfano, u persuni distinti oħrajn fi ħdan l-istess partit, kienu assenti waqt li ttieħed il-vot. 

Il-kunsill nazzjonali tal-PDL ser jiltaqa’ kmieni matul ix-xahar ta’ Diċembru sabiex jirratifika d-deċizjoni tal-Mexxejja.

Kritiċi tal-pajjiż, iddeskrivew l-aġir ta’ Alfano u xi membri oħrajn, bħala sinjal ta’ inkwiet fost il-membri tal-PDL. Aktar kmieni dan ix-xahar, membri tal-istess partit, irrefjutaw li jagħtu s-sostenn tagħhom lil Silvio Berlusconi li kellu l-għan li jwaqqa’ l-gvern. Filwaqt li l-ex Prim Ministru insista li l-partit jinsab magħqud u m’hemmx inkwiet, osservaturi politiċi qed ibassru li dan il-partit m’għandux futur.