Silvio Berlusconi għandu l-coronavirus

REUTERS/Remo Casilli

L-eks Prim Ministru Taljan għandu l-coronavirus.

Ġurnali barranin qegħdin iħabbru li Berlusconi rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.

Huwa għandu 83 sena, u qiegħed f’iżolament ġo daru fil-Lombardija. Minn hemmhekk qed ikompli xogħlu bħala l-Mexxej tal-Partit Forza Italia.

Jidher li Berlusconi rriżulta fil-pożittiv illum wara li ma kellu l-ebda sintomu.