Silvia Romano tasal l-Italja wara li nħelset wara 18-il xahar ostaġġ

REUTERS

Read in English.

Silvia Romano, Taljana li taħdem fil-qasam ta’ l-ewwel għajnuna u li 18-il xahar ilu nħatfet fil-Lvant ta’ l-Afrika, waslet lura Ruma nhar il-Ħadd li għadda, ġurnata wara li nħelset.

Nies armati ħatfu lil Romano, li kienet qed taħdem għall-organiżżazzjoni Taljana tal-karità Africa Milele, fix-xlokk tal-Kenja f’Novembru 2018. L-ebda grupp ma’ ħa responsabbiltà għal dan il-ħtif.

Hija nstabet ġewwa s-Somalja, madwar 30 km (19-il mil) ‘il barra mill-kapitali Mogadishu, u nħelset grazzi għall-ħidma ta’ l-aġezija ta’ intelliġenza esterna, qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Luigi Di Maio.

Romano, 24, waslet fl-ajruport ta’ Ciampino fuq titjira speċjali għall-ħabta tas-2.00 ta’ wara nofsinhar.

Akkumpanjata minn irġiel bil-maskra mis-servizzi ta’ intelliġenza, hija neħħiet għall-ftit ħin il-maskra protettiva tagħha biex setgħet ixxejjer idejha hija w nieżla t-taraġ ta’ l-ajruplan qabel ma’ finalment għannqet lill-familjari tagħha li kienu qed jistennewha fl-ajruport. 

Hija kienet milqugħa wkoll minn Di Maio u mill-Prim Ministru Giuseppe Conte.

“Bħalissa ma nistax nesprimi l-ferħ li qed inħoss f’dan il-mument. Bħalissa lanqas naħseb ma nista’, jiġifieri tuni ftit ċans nieħu nifs jekk jogħġobkom. Għandi bżonn niġi f’tiegħi għaliex il-ferħ li qed inħossu huwa kbir wisq. Inħossni se nisplodi!” qal missier Silvia, Enzo, skond kif kien ikkwotat minn diversi ġurnali Taljani il-Ħadd stess.