Silva sellem lill-plejers wara li tilfu kontra Liverpool

Il-midja Ingliża qed tirrapporta li Marco Silva ta’ Everton sellem lill-plejers tiegħu fid-dressing room ġewwa Anfield wara li spiċċat il-logħba.

Il-maniġer ta’ Everton qiegħed fit-tarf tal-irdum u hu mistenni li jitkeċċa mill-kariga, possibilment anka llum stess. Silva li għandu 42 sena, kellu diġà pressjoni kbir qabel intlagħbet id-derby kontra Liverpool.

Everton qalgħu erba’ gowls fl-ewwel taqsima tal-logħba, din kienet it-tieni darba li ġrat f’1053 logħba mill-Premier League. Dan ma għenx lil Silva li pprova jżomm iċ-ċans li jibqa’ maniġer ta’ Everton miftuħ.

It-telfa, li hija s-seba’ waħda minn għaxar logħbiet, fissret li l-karriera ta’ Silva waslet fi tmiemha ma’ Everton. Fl-istess ħin it-tim waqa’ fiż-żona ta’ relegazzjoni.