Silta drammatizzata minn Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi

Il-ħames episodju ta’ Storja ta’ Storja jixxandar illejla fuq TVM fis-7.15pm. Il-programm jitratta dwar Alex Vella Gera, l-awtur ta’ L-Antipodi, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi u Trojan. L-episodju jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mill-besteller li jesplora l-legat tar-realtajiet politiċi tat-tmeninijiet Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012).

Storja ta’ Storja hija serje televiżiva ta’ dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba l-oħra li jidhru f’dis-sensiela huma Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Lou Drofenik, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan.

Storja ta’ Storja hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtellgħa bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Repetizzjoni ta’ dan l-epsiodju tixxandar il-Ħamis li ġej fuq TVM2 fit-8.15pm.