Silġ iwaqqaf il-ħidma fl-ajruport ta’ Malpensa

Maltempata qawwija tas-silġ laqtet ħażin ir-runway fl-ajruport ta’ Malpensa aktar kmieni llum wara nofsinhar. It-titjiriet ġew sospiżi għal kważi siegħa, b’seba’ ajruplani jiġu ddevjati għal ajruporti oħra. Iżda l-ajruport ta’ Malpensa fl-Italja baqa’ ma ngħalaqx kompletament.

Immedjatament il-ħaddiema fl-ajruport ħadu azzjoni biex inaddfu r-runway mis-saff oħxon ta’ silġ li nġabar.