Sigurtà massima fl-Afganistan waqt l-elezzjonijiet

Read in English.

Sigurtà massima fl-Afganistan  hekk kif bħalissa qed isir elezjoni għal president ġdid. Mijiet ta’ eluf ta’ suldati ġew stazzjonati fil-pajjiż kollu biex iwaqqfu lit-Talibani milli jwettqu l-ħalfa tagħhom li jattakkaw il-postijiet tal-votazzjoni.

Il-vot kien pospost darbtejn dan ix-xahar wara li fallew it-taħdidiet ta’ paċi bejn it-Talibani u l-Amerikani. Iż-żewġ kandidati prinċipali huma l-president attwali Ashraf Ghani u l-Kap Eżekuttiv Abdullah Abdulah.