Sigur li tgħum f’pixxina minħabba l-coronavirus?

Hekk kif is-sajf beda jidħol ġmielu bosta persuni jagħżlu li jqattgħu ġurnata f’xi pixxina.

Bosta huma xettiċi jekk hux sigur li wieħed iżur dawn il-pixxini. Skont il-US Centres for Disease Control and Prevention (CDC) s’issa m’hemm l-ebda evidenza li turi li l-coronavirus jista’ jiġi trażmess mill-ilma tal-pixxina jew mill-ilma tal-ġonna. Is-CDC kompliet li dawn il-pixxini jkollhom fihom kimiċi li jiddisinfettaw l-ilma u għalhekk il-virus ma jibqax attiv.

Diversi pixxini f’Malta kif ukoll barra minn Malta reġgħu fetħu l-bibien tagħhom. Diversi postijiet qegħdin jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji fotshom id-distanza soċjali bejn in-nies.

F’pajjiżi fejn dawn il-pixxini għadhom qegħdin jinżammu magħluqin bħar-Renju Unit, in-nies qegħdin jimxu lejn il-bajjiet u x-xmajjar.