​Siġġijiet tal-plastik imwaħħla bil-konkos; il-Pulizija tinvestiga

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ siġġijiet tal-plastik li twaħħlu bil-konkos fl-Għadira.
Ritratt li beda jdur fuq il-mezzi soċjali dejjaq għajnejn bosta, fosthom tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo.
Bartolo, li huwa mill-Mellieħa, kiteb messaġġ iebes fuq Facebook, fejn filwaqt li ċaħad li l-Gvern jew il-Kunsill Lokali waħħlu dawn is-siġġijiet, qal li l-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija li fi kliemu se tieħu azzjoni.
Dwar dan ikkumentaw għadd ta’ persuni. Kien hemm min ta x’jifhem li s-siġġijiet twaħħlu minn persuni li jmorru jistadu.