Sigarett iwassal għal nar fiż-Żurrieq; Anzjana gravi

Aġġornat 08:46 AM

Anzjana ġarrbet ġrieħi gravi wara li żviluppa nar fiż-Żurrieq. In-nar beda minn sigarett.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara f’dar fi Triq Santa Katerina. Jidher li n-nar żviluppa f’kamra tas-sodda minn sigarett għas-6pm. Fir-residenza kien hemm żewġ nisa anzjani li t-tnejn għandhom 75 sena.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u tim mediku sabiex jassistu liż-żewġ anzjani. Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard, waħda minn nisa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-persuna l-oħra ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.