Siġar taċ-Ċipress imħawla mill-istudenti tal-iskola tax-Xagħra

Fl-okkażżjoni ta’ Jum is-Siġar u s-Siegħa tad-Dinja (Earth Hour), studenti tat-tielet sena tal-Iskola Primarja tax-Xagħra Kulleġġ ta’ Għawdex ħawlu diversi siġar taċ-Ċipress fir-razzett tal-gvern li jinsab fix-Xewkija.

It-tħawwil hu parti minn programm edukattiv bl-isem ta’ “Hands On Farming”. Minbarra informazzjoni dwar is-siġar, kull student ingħata pakkett ta’ żerriegħa tas-siġar Indiġeni.

Fuq kull siġra mħawla, hemm tabella żgħira bl-isem tal-istudent biex b’hekk jibqa’ jiftakar liema hi s-siġra “tiegħu”.