Siġar: L-ERA tat parir lil Transport Malta – Herrera

Read in English.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) intalbet minn Transport Malta biex tagħti parir dwar kif għandhom jinqalgħu s-siġar fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan biex jiġu salvati u trapjantati f’sit ieħor. It-tneħħija tas-sigar minn Triq il-Wied f’Ħal Balzan wasslet għal kritika fuq il-mezzi soċjali mill-pubbliku.

Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista David Agius, il-Ministru qal li skont il-liġi ma kienx hemm bżonn li permess mill-ERA biex jinqalgħu dawn is-siġar.

F’interpellanza oħra tal-istess deputat Nazzjonalista, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li s-siġar kienu qed jikkawżaw ħsara sostanzjali lit-triq innifisha kif ukoll lis-servizzi waqt li kienu qed joħolqu problemi għar-residenti. Huwa qal li waqt id-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u mar-rappreżentanti tal-ERA, ġie deċiż li s-siġar jistgħu jerġgħu jitħawlu xi mkien ieħor.

AQRA: Siġar f’Ħal Balzan: Nippubblikaw il-pjanta tat-triq