Sifirt u ma tafx il-lingwa? Daqshekk problema!

Ġieli sifirt u kellek problema għax ma stajtx tifhem il-lingwa? Issa mhix se tibqa' problema!
Grazzi għal app ġdida ta' Google, bl-isem ta' World Lens, inti tista' issa tuża li-ismartphone bħala traduttur.
Permezz tal-app, wieħed issa jista' jipponta l-ismartphone lejn tabella jew kitba partikolari, jagħżel għal liema lingwa jixtieq jittraduċiha, u meta jagħmel hekk, fuq l-iscreen ikun jista' jara t-traduzzjoni ta' dik il-kelma. S'issa, il-lingwi disponibbli huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Portugiż, ir-Russu u l-Ispanjol.
Permezz ta' din l-app, Google qed jittama li jagħmilha iktar faċli biex wieħed jifhem lill-ieħor meta jkun imsiefer, mingħajr ma jkollu bżonn jitlob għajnuna ta' persuni oħra.