Sierre Leone jiddikjara stat ta’ emerġenza

Sierra Leone ddikjarat stat ta’ emerġenza u qed issejjaħ it-truppi biex teżilja l-pazjenti li qed ibatu mill-virus tal-Ebola.
Dan wara li n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom b’dan il-virus kompla jiżdied.
Bl-aħħar ċifri allarmanti, il-pajjiż se jkun qed jimplimenta miżuri drastiċi fuq perjodu ta’ bejn 60 u 90 jum.
Waqt id-diskors tiegħu, il-President ta’ Sierra Leone Ernest Bai Koroma qal li l-virus tal-Ebola qed ikun l-ikbar sfida li qatt kellu jaffaċċja l-pajjiż.