Sierra Leone: il-valanga taħsad 400 ħajja, mijiet oħra mirduma

Kważi 400 persuna mietu u 600 oħra għadhom ma nstabux minn taħt ir-radam wara l-valanga enormi ta’ tajn u ħamrija li għaddiet minn fuq il-kapitali ta’ Sierra Leone, Freetown.
L-inċident sfortunat seħħ ilbiraħtlula, u dakinhar il-President tal-pajjiż, Ernest Bai Koroma, talab biex il-pajjiż jingħata l-widen li jeħtieġ bħalissa, filwaqt li rrimarka kif komunitajiet sħaħ ta’ persuni nqerdu.
Sadanittant, membri tas-Salib l-Aħmar qalu lill-midja internazzjonali li qed jissieltu kontra l-ħin biex isibu persuni ħajjin taħt ir-radam.
L-inċident tant ħasad lill-komunità li llum mistennija ssir difna tal-massa, u dan għax m’hemmx post fiċċ-ċimiterji l-oħra biex jintlaqgħu l-iġsma tal-mijiet li mietu s’issa.
Il-beżgħat issa huma oħrajn, li minħabba t-tajn u l-ħamrija jitniġġes l-ilma u jfaqqa’ mard ieħor bħat-tifojde, il-kolera, d-dijarea. Fil-fatt ħaddiema tal-Ġnus Magħquda qed jagħmlu ħilithom biex dan ma jseħħx.