Siegħa mixi kuljum għall-klieb tal-Għammieri

Bħalissa fl-Għammieri hemm 32 kelb li jinsabu taħt il-kustodja tal-Għammieri. Il-ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn il-klieb għandhom madwar siegħa kuljum dedikati għall-mixi u l-eżerċizzju fiżiku.

Bħalissa fl-Għammieri hemm disa’ ħaddiema li jaħdmu bix-shift. Matul il-ġurnata ikun hemm ħames ħaddiema li jaħdmu direttament mal-klieb. Hemm ukoll veterinarju li huwa responsabbli mis-saħħa ta’ dawn il-klieb.

Dan ħareġ mill-mistoqsija tad-deputata Claudette Buttigieg fil-Parlament lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera.

Fl-Għammieri jinżammu klieb abbandunati li jkunu nġabru mit-taqsima tas-salvataġġ tal-istess dipartiment. Ħafna minn dawn il-klieb ikollhom bżonn l-għajnuna medika li tingħata mill-ħaddiema u l-veterinarju tal-Għammieri.

Ara: “Klieb f’kundizzjoni ħażina fl-Għammieri”; “Il-Ministeru jgħid li mhux veru”