Siegħa mingħajr radju llejla

L-Awtorità tax-Xandir ħabbret li llejla x-xandiriet kollha bir-radju se jinqatgħu għal madwar siegħa.
Spjegat li dan se jsir minħabba xi xogħlijiet fuq l-antenna tal-Għargħur, li issa waslu fl-aħħar fażi.
It-trasmissjonijiet bir-radju se jkunu maqtugħa bejn is-6.45pm u t-7.45pm tal-lejla.
Filwaqt li skużat ruħha ta’ dan l-inkonvenjent, l-Awtorità tax-Xandir qalet li qed tagħmel minn kollox biex it-trasmissjonijiet bir-radju jiġu lura għan-normal mill-aktar fis possibbli.