Siegħa jistennew u jieklu pizza mal-bdot

Fid-dinja tal-lum, diġa’ saret xi ħaġa rari li waqt xi titjira joffrulek xi ħaġa tal-ikel.
B’hekk kienet ta’ sopriża kbira meta l-passiġġiera abbord ajruplan tal-Frontier Airlines raw l-ekwipaġġ tat-titjira ġejjin bil-pizzez sħan għax kellhom dewmien fit-titjira.
Il-bdot ta’ din it-titjira partikolari, li baqa' anonimu, ħallas għall-pizzez minn butu stess.
It-titjira kienet sejra mill-Kapitali Amerikana, Washington għal Denver.
L-ajruplan kien skedat li jitlaq fis-6pm, iżda sa siegħa wara kien għadu ma telaqx mill-ajruport.