Siefer mal-Emirates u skopri s-seħer ta’ Dubaj

Siefer mal-Emirates għal Dubaj u ddeverti f’vaganza mill-aqwa din ix-xitwa. Dawk li jivvjaġġaw waħedhom jew mal-familja jibqgħu impressjonati bl-għadd ġmielu ta’ attrazzjonijiet li toffri din il-belt, li jinkludu festivals tal-bejgħ, swieq tradizzjonali, beach resorts spettakolari, ikel bnin, parks tal-ilma u l-avventura, u ħafna aktar.

F’Dubaj tista’ tilgħaq ix-xemx is-sena kollha u żżur dawk il-postijiet popolari mad-dinja – din il-belt toffri btala ideali jew post tajjeb fejn tieqaf biex tkompli tivvjaġġa għax għandha xi ħaġa li togħġob lil kulħadd.

Bil-My Emirates Pass tista’ tara aktar u tonfoq inqas. Dan huwa pass staġjonali li jibdel il-biljett tal-ajru tal-Emirates f’pakkett esklużiv li bih il-klijenti jkunu jistgħu jgawdu skontijiet u benefiċċji speċjali f’iżjed minn 500 post madwar l-Emirati Għarab Magħquda. Dawk kollha li jsiefru lejn Dubaj, jew li jgħaddu minnu, bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2020* jistgħu jaħtfu din l-offerta u jgawdu sa 30% roħs minn diversi ħwienet, u sa 50% roħs mill-attivitajiet ta’ divertiment meta jippreżentaw il-biljett tal-ajru tagħhom u xhieda valida ta’ identifikazzjoni.*

Siefer mal-Emirates u onfoq inqas fuq it-trattamenti lussużi tal-ispa, gawdi ikliet mill-aqwa ta’ ħames stilel, u strieħ f’xi avventura fuq barra. Il-familji jistgħu jqattgħu ħinhom ukoll fil-parks tal-ilma li hemm madwar il-belt kollha.

Dubai Shopping Festival 2020

Onfoq flusek f’xiri ta’ klassi dinjija mill-kumplessi impressjonanti li hemm madwar il-belt, inkluż mill-famuż Dubai Mall – wieħed mill-akbar kumplessi tal-bejgħ fid-dinja. Dawk kollha li jmorru Dubaj bejn is-26 ta’ Diċembru 2019 u l-1 ta’ Frar 2020 jistgħu jgawdu wkoll mill-offerti tad-Dubai Shopping Festival 2020.* Dan il-festival tant mistenni, mifrux fuq ħames ġimgħat, joffri lill-klijenti skontijiet straordinarji u benefiċċji minn diversi ħwienet, li jinkludu prezzijiet vantaġġjużi fuq ħwejjeġ, ġojjellerija, oġġetti elettroniċi, u ħafna aktar.

Mohammad Al Hashimi, il-Viċi President tal-Emirates għall-Prodotti Kummerċjali f’Dubaj, qal li:“Dubaj hi belt fantastika b’lista ta’ attrazzjonijiet u esperjenzi, li tibqa’ dejjem tikber, li l-klijenti tagħna jistgħu jgawdu matul is-sena kollha. Din il-belt hi waħda mill-iżjed destinazzjonijiet imfittxija għal xiri ta’ klassi dinjija, attrazzjonijiet x’tara u ikel varjat xi dduq. Dawk kollha li jmorru Dubaj jew li jgħaddu minnu huma u jivvjaġġaw jistgħu jgawdu mill-offerti indimentikabbli li joffru l-My Emirates Pass u d-Dubai Shopping Festival 2020. Ħerqanin biex inkomplu naħdmu mal-imsieħba tagħna ħalli nibqgħu noffru lill-klijenti tagħna l-aqwa affarijiet li tista’ toffri l-belt ta’ Dubaj.”

Siefer aħjar mal-Emirates għal Dubaj u ħu gost b’aktar minn 4,500 stazzjon divertenti fil-pjattaforma ice – is-sistema rebbieħa ta’ divertiment tal-linja tal-ajru. Il-passiġġieri tal-klassijiet kollha tal-ivvjaġġar ta’ fuq l-ajruplani tal-Emirates ikollhom lesti għalihom ikliet bnini ispirati minn reġjuni differenti, xorb b’xejn, u sa 20 MB Wi-Fi b’xejn. Bis-saħħa tal-piż tal-bagalji permessibbli ġeneruż, m’hemmx bżonn titla’ bl-inqas affarijiet possibbli miegħek. Jekk issiefer fil-Klassi Ekonomika tista’ ttella’ sa 35 kg, u jekk tagħżel il-Klassi tan-Negozju tkun tista’ ttella’ sa 40 kg. Il-passiġġieri tal-Ewwel Klassi jingħataw iċ-ċans li jtellgħu bagalja b’piż sa 50 kg.

Il-klijenti tal-Emirates li jiddeċiedu li jmorru Dubaj għal extravaganza ta’ xiri, jistgħu jibbukkjaw ukoll il-piż addizzjonali huma u ġejjin lura. L-offerta hi valida għall-biljetti bir-ritorn għal Dubaj fil-Klassi Ekonomika bejn il-15 ta’ Ottubru 2019 u l-1 ta’ Frar 2020.* Dawk li jivvjaġġaw lura minn Dubaj għal xi waħda mid-destinazzjonijiet tal-Emirates fl-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Ċentrali, l-Amerka t’Isfel, jew fl-Afrika, jingħataw iċ-ċans li jtellgħu bagalja żejda magħhom.*

Dawk li jmorru f’destinazzjonijiet oħrajn fin-network tal-Emirates jistgħu jieħdu vantaġġ ukoll minn 10 kg żejda għall-bagalji tagħhom. Din l-offerta tgħodd għall-vjaġġi li jsiru bejn is-26 ta’ Diċembru 2019 u l-5 ta’ Frar 2020.*

Tagħrif ieħor dwar l-Emirates, fuq kif tibbukkja t-titjiriet u għal-lista sħiħa tat-termini u l-kundizzjonijiet, idħol fis-sit, mur għand l-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek jew l-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Emirates ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

*Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet lokali

Dan il-kuntenut huwa mwassal minn Emirates