Siefer bl-irħis lejn Ċipru bejn Mejju u Diċembru

Emirates, il-linja tal-ajru internazzjonali bbażata f’Dubaj ħabbret li qed toffri promozzjoni companion fare fuq it-titjiriet lejn Larnaka, f’Ċipru.
Fi stqarrija l-kumpanija tal-ajru qalet li żewġ passiġġieri jew iktar li jivvjaġġaw flimkien fil-klassi tal-ekonomija jistgħu jibbenefikaw minn prezz speċjali li jibda minn €198 għal kull persuna lejn Larnaka u lura. Il-prezz jinkludi t-taxxi.
Ħlas ta’ €20 japplika jekk id-dati tat-tluq jaħbtu nhar ta’ Ġimgħa jew Sibt.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw bejn l-24 ta’ April u l-21 ta’ Mejju 2017.
Id-data tat-tluq trid tkun bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru 2017.
Il-biljetti abbinati mal-promozzjoni companion fare jistgħu jkunu bbukkjati onlajn fuq is-sit www.emirates.com/mt, mingħand l-aġenti rispettivi tal-ivvjaġġar jew mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Emirates fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fuq 2557 7255.