Sidien tan-negozju b’korsijiet ta’ marketing onlajn

Ritratti: MGOZ - George Scerri

Ġiet organizzata sessjoni informattiva għan-negozji Għawdixn dwar “Employer Branding and Digital Transformation”. Il-Ministeru t’Għawdex organizza din is-sessjoni b’kollaborazzjoni ma’ Anchovy.

Permezz ta’ seminars bħal dawn, l-operaturi tan-negozji Għawdxin jagħtu ħarsa ġenerali  lejn kif jistgħu joħolqu l-pjattaformi tagħhom u jsiru magħrufa mal-konsumaturi.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li korsijiet bħal dawn huma neċessarji biex in-negozji jirreklamaw il-prodotti tagħhom fuq l-internet u l-midja soċjali u b’hekk jkabbru l-operat tagħhom.