Sidien tal-Honda mitluba jkellmu l-aġent minħabba difett

Read in English.

Il-Honda qed titlob biex il-karozzi kollha Honda u Acura li ġew immanufatturati bejn 2002-2015 jmorru għamnd l-aġent rispettiv ta’ din l-għamla sabiex jissewwa difett li hemm fl-airbag.

Dan il-parti se tkun qiegħda tinbidel mingħajr ħlas.

L-aġent f’Malta GasanZammit Motors Ltd appella biex kull min għandu karozza Honda mmanufatturata f’dan iż-żmien għandu jidħol fis-sit u jikteb il-VIN Number biex jiċċekkja jew inkella jibgħat email lill-kumpanija fuq  campaigns@gasanzammit.com.