Ingredjenti
900g sider tat-tiġieġ
1 basla mdaqqsa
biċċa ginger
4 sinniet tewm
bżaru aħdar, bżaru isfar, bżaru aħmar u bżaru oranġjo
bżar u melħ
żejt taż-żebbuġa
150ml jogurt
kuċċarina cornflour
500g ross basmati
Metodu
Sajjar il-ross imma ħallih ftit wieqaf. Wara żidlu mgħarfa butir u żommu sħun.
Qatta’ s-sider tat-tiġieġ min-nofs.
Qatta’ l-basal, il-bżar kulurit, it-tewm u l-ġinġer.
F’taġen fond, aqli l-basal. Żid il-bżar, il-melħ, it-tewm u l-ginger.
Ħalli fuq in-nar għal ftit minuti u żid it-tiġieġ.
Kompli sajjar sakemm il-laħam ikun ħa ftit kulur.
Żid il-bżar kulurit u kompli ħawwad.
Meta t-tiġieg ikun sar żid il-yoghurt.
Żid il-cornflour wara li tħollu fi ftit ilma.
Poġġi porzjon ross fuq kull platt u wara poġġi t-tiġieġ fuqu.