Sid 17 Black jirriżenja minn Tumas Group

Read in English.

Sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech irriżenja minn Tumas Group. Fenech kien id-Direttur u r-rappreżentant legali u ġudizzjarju ta’ Tumas Group Company Ltd. Postu fil-kumpanija ħadu ħuh Franco Fenech.

Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

Skont dokumenti sottomessi mar-Reġistru tal-Kumpaniji, ir-riżenja ta’ Fenech waslet ilbieraħ 19 ta’ Novembru, bid-data effettiva tad-dokument hija t-12 ta’ Novembru.

Għaldaqstant, dan juri li Fenech irriżenja qabel l-arrest tiegħu fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Il-jott tiegħu ġiet interċetta mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li telqet minn Portomaso għall-ħabta tal-5.30am.

Barra minn hekk, il-kumpanija ħatret lil Emmanuel Fenech bħala direttur u rappreżentant ġudizzjarju fil-15 ta’ Novembru.

Filmat: Assassinju Daphne: “Ma jidhirx li hemm politiċi involuti”

Filmat: Assassinju Daphne: “Kien hemm aktar arresti” – Delia