Sibtek jirritorna bil-kbir

Josmar u Ryan Borg

Mil-lum is-Sibt 3 ta’ Ottubru jirritorna bil-kbir il-programm Sibtek b’dehra ġdida, b’ħin ġdid fis-1.15pm u b’ħafna affarijiet eċċitanti.

Din is-sena se jkun hemm bosta logħob mat-telespettaturi fosthom il-Moda Challenge, fejn matul din il-logħba se naraw il-parteċipanti mid-dar jissieltu biex jilbsu l-aħjar. Fost ħafna logħob The Box se tirritorna din is-darba b’format differenti.

Se niltaqgħu ma’ bosta mistednin li għandhom storja x’jirrakkontaw, fosthom Stefan Gemanotta li fuq it-Tik Tok jimita lil ħadd ħlief Eileen Montesin. X’reazzjoni kellha Eileen għal dawn il-filmati?

Niltaqgħu mal-eks mudella ta’ Miss World Malta Antonella Vella u nsegwu kif irnexxielha terġa’ takkwista d-dehra li xtaqet wara t-tqala.

Sue Rossi titkellem fuq id-diffikultajiet li għaddiet minnhom  u se nsegwu affarijiet li qatt ma konna nafu dwarha permezz ta’ logħba waqt dan l-istess programm.

Maxine Sophia Attard titkellem fuq l-operazzjoni iebsa u ta’ ugigħ kbir biex bidlet is-sess minn raġel għal mara u tiftaħ qalbha dwar il-kliem iebes tan-nies.

Waqt Sibtek ukoll se jirritorna s-Siġġu tad-Deheb, fejn se jingħata lill-frontliners minn kull qasam. Illum se niltaqgħu mat-tabib żagħżugħ Dr Thomas Grixti u l-esperjenza tiegħu mal-iswabbing tests.

Niltaqghu mal-ġurnalist żagħżugħ Liam Carter u se narawh kif qatt ma rajnieh qabel. It-tim ta’ Sibtek sab ukoll ritratti esklussivi ta’ Liam.

Ma jonqosx it-tim residenti magħmul minn Benoit, Charlene, Nathalia, Jeanpaul u Pauline li din is-sena għandhom rwol importanti u bla dubju mal-preżentaturi maħbubin Ryan u Josmar jingħaqdu wkoll Rocco u Ella.

Ibghat messagg bil-kelma THE BOX fuq 50616020 💙

Posted by Sibtek on Friday, October 2, 2020

Sibtek jixxandar illum is-Sibt fis-1.15pm fuq TVM.