“Sibt notebook fejn qatluha” – Iben Daphne

Fuq il-post fejn ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia, binha Matthew, sab notebook bl-emblema u l-isem tal-premju Sakharov.
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew.
Matthew Caruana Galizia tefa’ ritratt ta’ dan in-notebook li sab fl-għalqa fejn spiċċat il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia, wara l-isplużjoni tas-16 ta’ Ottubru li għadda.
Fuq dan in-notebook hemm miktub dan: “Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni …”
Dwar dan l-assassinju tressqu t-tliet persuni l-Qorti, iżda sa issa l-kumpilazzjoni għadha ma bdietx wara li llum  it-tieni Maġistrat astjeniet milli tisma' l-kumpilazzjoni.
 

https://platform.twitter.com/widgets.js