Sia qed tbati minn uġigħ kroniku

    Il-kantanta Awstraljana Sia żvelat li qed tgħaddi minn għejja u wġigħ kontinwu minħabba li qed tbati minn kundizzjoni rari fis-sistema tal-ġogi u n-nervituri.

    Fuq Twitter, Sia, li għandha 43 sena, indirizzat lil kull min qed isofri minn xi tip ta’ wġigħ fiżiku jew emozzjonali biex ma jaqtax qalbu. Hija kitbet li minkejja li l-uġigħ jista’ jwaqqa’ l-moral, wieħed ma jridx jinsa li mhux waħdu.

    Is-sena l-oħra l-kantanta ta’ Chandelier, Titanium u Cheap Thrills, fost il-ħafna suċċessi li kellha, kienet iċċelebrat it-tmien sena tagħha minn meta nħelset mill-vizzju tax-xorb li fil-passat kien ikkundizzjonalha ħafna lil ħajjitha.