Shona Zammit tingħaqad mat-tim Taljan Pink Bari

Shona Zammit li hi plejer tan-nazzjonal ingħaqdet mat-tim Taljan ta’ Serie A Pink Bari. B’hekk hi saret l-ewwel plejer Maltija li ingħaqdet ma’ tim Taljan tan-nisa.

Qabel ma kienet mgħajta mat-tim, hija qattgħet xi jiem mal-klabb tas-Serie A. It-tim li qiegħed ibbażat ġewwa Puglia għażilha biex għall-istaġun li ġej tingħaqad mat-tim.

Tul iż-żmien ta’ prova, Zammit kellha magħha l-plejer ta’ Birkirkara Alishia Sultana li għalkemm ħalliet impressjoni tajba waqt it-training ma ntgħażlitx.