Shona Zammit ta’ Pink Bari tiskurja kontra Inter

FB: Pink Bari

Shona Zammit irnexxielha tiftaħ l-iskor għat-tim tagħha Pink Bari waqt li kienu qed jilagħbu kontra Inter. Minn cross fil-11-il minuta Zammit ħasdet lill-gowler ta’ Inter Chiara Marchitelli biex fetħet l-iskor.

Quando pareggi contro l'Inter👇 Pink Bari – Inter 1-1 #ShonaZammit goal.. #buildyourwin #buildyourdream

Posted by Pink Bari Calcio Femminile on Saturday, November 2, 2019

Inter irnexxielhom iġibu d-draw 16-il minuta wara permezz ta’ Stefania Tarenzi li hija waħda mill-plejers tat-tim nazzjonali Taljan.

Il-plejer tan-Nazzjonal Malti ingħatat iċ-ċans li tibda mal-ewwel 11.

F’Settembru hi saret l-ewwel plejer Maltija li ingħaqdet ma’ tim Taljan tan-nisa. Qabel ma kienet mgħajta mat-tim, hija qattgħet xi jiem mal-klabb tas-Serie A. It-tim li qiegħed ibbażat ġewwa Puglia kien għażilha biex għal dan l-istaġun tingħaqad mat-tim.

AQRA: Shona Zammit tingħaqad mat-tim Taljan Pink Bari