Ingredjenti
kuċċarina żejt
basla kbira mqattgħa
3 karrotti mqattgħa
500g laħam kapuljat
2 mgħaref kunserva
mgħarfa Worcestershore Sauce
500ml brodu taċ-ċanga (jew tad-dadi)
900g patata mqattgħa biċċiet kbar
3 kuċċarini ħalib
Metodu
Saħħan taġen u sajjar flimkien il-basal u l-karrotti għal xi ftit minuti.
Meta jirtabu żid l-ikkapuljat u sajjar sakemm isir kannella.
Żid il-kunserva, il-Worcestershore Sauce u sajjr għal 3-4 minuti.
Ferragħ l-brodu, saħħan sakemm jibda jbaqbad, naqqas is-sħana u sajjar mgħotti għal madwar 20 minuta. Wara neħħi l-għatu u kompli sajjar għal 20 minuta oħra, tħawwad kultant.
Saħħan il-forn għal 180˚Ċ, Gas 4.
Agħmel il-patata maxx bil-patata, butir u ħalib.
Poġġi t-taħlita tal-laħam f’dixx tal-forn u iksi bil-patata maxx. Sajjar għal madwar 20-25 minuta sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehbi.
Ħalli toqgħod għal 5 minuti qabel isservi.