Shelvey jittama li Benitez jibqa’ magħom

Il-kuntratt ta’ Rafa Benitez mistenni jiskadi fi tmiem l-istaġun u l-futur tal-kowċ Spanjol għadu mistur.
Benitez qatt ma ħeba d-diżappunt tiegħu illi s-sid tal-klabb Mike Ashley ma kienx lest li jinvesti sabiex isaħħaħ l-attakk.
Il-kowċ ta’ 58 sena jemmen li Newcastle jridu jonfqu ammont konsiderevoli ta’ flus sabiex jixtru attakkant li kapaċi jiskurja bejn 10 u 15-il gowl f’staġun.
Minkejja l-inċertezza marbuta mal-ġejjieni ta’ Benitez, il-midfielder Jonjo Shelvey jemmen li l-iktar akkwist importanti ta’ dan is-sajf għandu jkun proprju l-eks kowċ ta’ Real Madrid, Napoli u Liverpool.
Shelvey jemmen li Benitez għen sabiex tissaħħa ir-relazzjoni bejn il-plejers u l-partitarji tal-Magpies filwaqt li tejjeb ukoll l-attitudni fi ħdan it-tim.