Sheffield jiksbu d-draw kontra Chelsea

Il-coach ta’ Sheffield United Chris Wilder qal li t-tim tiegħu qiegħed fil-Premier League jikkompeti daqs ħaddieħor. Dan qalu wara li Sheffield qamu fuq saqajhom u għamlu żewġ gowls biex akkwistaw punt kontra Chelsea.

Chelsea kienu tnejn minn fuq sal-ewwel nofs tal-logħba grazzi għall-attakkant Tammy Abraham li sab il-lasta darbtejn. Iżda kien Kurt Zouma ta’ Chelsea li aċċerta d-draw għal Sheffield wara li bi żball daħħal il-ballun fil-lasta tiegħu stess. Dan seħħ wara li Callum Robinson irnexxielu jiskurja l-ewwel gowl għal Sheffield.

Dan ir-riżultat poġġa lil Sheffield fit-tmien post, post biss ‘il fuq minn Chelsea.

Riżultati oħra:

Southampton        1-1     Manchester United

Crystal Palace        1-0     Aston Villa

Leicester City         3-1     AFC Bournemouth

Manchester City     4-0     Brighton & Hove Albion

Newcastle Utd       1-1     Watford

West Ham Utd       2-0     Norwich City

Burnley                 0-3     Liverpool